Saturday, July 20, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fis-Sannat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’42 sena residenti r-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Luqa fis-Sannat.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip BMW 530D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti s-Sannat u mutur Yamaha T110
misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Aktar kmieni: Pustier l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Sannat Għawdex

Dan is-sit јinsab infurmat li pustier ta’ 35 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Sannat

Minn informazzјoni li għandna jidher li kawża tal-istess inċident, bħalissa t-triq tinsab magħluqa.

Il-kundizzjoni tal-pustier għadha mhix magħrufa

Aktar informazzјoni malli taslilna…

Ekonomija

Sport