Saturday, July 20, 2024

Il-Pulizija qed tassisti lill-Animal Welfare dwar bejgħ ta’ zalzett minn laħam allegatament minn klieb u qtates

Aqra wkoll

Bħalissa l-Pulizija qiegħda tassisti lill-uffiċjali tal-Annimal Walfare li marru fir-razzett ta’ raġel mix-Xagħra Għawdex biex jinvestigaw l-allegazzjonijiet li qegħdin isiru fuq bejgħ ta’ zalzett minn laħam allegatament minn klieb u qtates.

Aktar kmieni: Miċħuda l-allegazzjoni ta’ klieb u qtates jitqattgħu għaz-zalzett f’Għawdex

Fl-aħħar jiem ġriet il-kelma li sid ta’ ħanut tal-laħam f’Għawdex kien qiegħed jixtri klieb u qtates, joqtolhom u jqattagħhom biex minnhom jagħmel prodotti bħalma huwa zalzett.

Aktar minn hekk kien allegat ukoll li konsegwneza ta’ dan, mill-inqas ħames persuni kienu ddaħlu l-Isptar minħabba kontaminazzjoni wara li allegatament kielu minn dan iz-zalzett.

Dan is-sit staqsa lill-Pulizija jekk kienx daħal xi rapport għandhom rigward dan il-każ u jekk humiex għaddejjin xi investigazzjoni b’rabta mal-każ.

Min-naħa tagħha l-Pulizija ċaħdet li kien daħal xi forma ta’ rapport b’rabta mal-każ u żiedet tikkonferma li lanqas ma kienet imsejħa biex tassisti xi entitá f’xi investigazzjoni b’rabta mal-każ imsemmi.

Sorsi qrib dan is-sit mill-qasam tas-saħħa qalulna li mhijiex xi ħaġa rari li persuni jidħlu l-isptar minħabba kontaminazzjoni fl-ikel, iżda qalulna li ħadd ma rraporta li kien daħal l-isptar wara li kiel dan il-prodott imsemmi.

L-istess sorsi qalulna li jekk ikun il-każ, huma obbligati li minnufih jirraportaw il-każ lill-awtoritajiet u anke lill-Pulizija.

Ekonomija

Sport