Saturday, May 18, 2024

Dgħajsa titla’ l-art u tanker f’diffikultà kawża tar-riħ qawwi

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin kompla juri l-effett tiegħu. Apparti mill-fatt kif diġà ppubblikajna aktar qabel li għamel ħsara fil-mitħna tax-Xarolla, dgħajsa f’Marsaxlokk spiċċat biex telgħet fuq l-art hekk kif ir-riħ qed jaħkem sew kif jidher biċ-ċar mir-ritratti li kiseb dan is-sit.

Intant dalgħodu wkoll, vapur sab ħafna diffikultajiet f’Pembroke kif jidher fir-ritratti li ġibed il-fotografu Walter Sargent u fir-ritratt prinċipali ta’ dan l-artiklu miġbud minn Roger Azzopardi.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li Transport Malta infurmatu li qed tassisti t-tanker ‘Chem P’, twil 209 metri, illi qiegħed f’riskju li jinkalja barra l-ixtut Maltin. “Infurmat illi l-vapur kellu diffikultà jżomm il-pożizzjoni oriġinali barra t-territorju minħabba il-maltemp. Ġejt assigurat illi r-riskju ta’ tniġġiż huwa baxx ħafna. Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu f’dan il-maltemp.”

Ritratt: Walter Sargent

Skont il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ il-jum tal-lum mistenni li wkoll ikun b’ħafna riħ qawwi – ir-riħ mistenni li jibda jnaqqas minn għada l-Ħadd 20/3 u jsir mil-Lvant (E) u iżjed tard mill-Grigal (NE).

Sport