Saturday, May 4, 2024

Għadd ta’ prams fi pjazza f’Lviv biex jissimbolizzaw it-tfal maqtula minn attakki Russi

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mija u disa’ prams vojta u car seats tpoġġew ringiela wara l-oħra fi pjazza f’Lviv, il-belt storika fil-Punent tal-Ukrajna li saret ċentru ta’ transitu tar-refuġjati għal mijiet ta’ eluf ta’ nies li jaħarbu minn bliet assedjati lejn il-Lvant.

Waqt konferenza, is-Sindku ta’ Lviv Andriy Sadovyi qal li s’issa hemm 109 tifel u tifla li huma anġli.

Il-wirja ngħatat l-isem ta’ “Il-Prezz tal-Gwerra.” Rappreżentant tal-uffiċċju tas-Sindku qal li din se tibqa’ fil-pjazza u tkompli tikber, jum wara jum, biex ikomplu jissimbolizzaw it-tfal maqtula minn attakki Russi.

Intant, rapporti qalu li mhux magħruf eżatt kemm inqatlu nies ċivili Ukreni minn meta bdiet il-gwerra fl-24 ta’ Frar, iżda l-miri kienu jinkludu bini ta’ appartamenti, fost oħrajn. F’Mariupol, il-bumbardament ta’ sptar tal-maternità qatel mill-inqas ħames persuni, filwaqt li ntlaqat ukoll teatru li kien qed iservi ta’ kenn għal mijiet ta’ nisa u tfal, bil-kelma “tfal” miktuba b’ittri kbar fuq barra.

Sport