Saturday, May 18, 2024

Żewġ persuni arrestati wara sejba ta’ droga

Aqra wkoll

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara informazzjoni dwar bejgħ ta’ droga wasslet għall-arrest ta’ żewġ persuni li fil-pussess tagħhom instabet madwar 850g droga suspettata kokaina u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Wara investigazzjonijiet intensivi, nhar il-Ħamis il-Pulizija arrestat mara ta’ 42 sena biswit appartament f’Marsaskala u nstabet madwar 100g droga suspettata kokaina u flus kontanti fil-pussess tagħha.

It-tfittxijiet komplew fl-appartament fejn il-Pulizija arrestat raġel ta’ 32 sena li nstab filpussess ta’ 750g droga suspettata kokaina u madwar €66,000 fi flus kontanti. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għadhom għaddejjn filwaqt li l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum għall-ħabta tal-11.30a.m. quddiem il-Maġistrat tal-għassa. Josette Demicoli.

Sport