RB Leipzig qed jitolbu aktar minn €100 miljun għal Antonio Nusa, hekk kif qed jikber l-interess f’dan il-winger Norveġiż qabel is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 21 sena kellu staġun impressjonanti, b’disa’ goals u tmien assists fi 17-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u dan ġibed l-attenzjoni ta’ diversi clubs Ewropej.
Leipzig mhumiex taħt pressjoni biex ibigħu u jippreferu jżommuh sal-aħħar tal-istaġun. Madankollu, offerta li taqbeż il-€100 miljun tista’ twassalhom biex jikkunsidraw trasferiment f’Jannar.
Il-kuntratt ta’ Nusa mal-club Ġermaniż jibqa’ validu sal-2029 u ma fihx klawsola ta’ rilaxx, fatt li jqiegħed lil Leipzig f’pożizzjoni b’saħħitha fin-negozjati.
Paris Saint-Germain huma fost il-clubs marbuta mal-winger, filwaqt li oħrajn qed isegwu l-progress tiegħu. Leipzig, iżda, qed jittamaw li jżommuh għall-kumplament tal-istaġun.




