Erling Haaland qed jikkunsidra li jitlaq lil Manchester City fis-sajf li ġej, hekk kif qed jikber l-interess minn Barcelona u Real Madrid, fost inċertezza dwar il-futur tal-club Ingliż.
L-attakkant Norveġiż, wieħed mill-aqwa skorers fl-Ewropa, qed jingħad li qed jevalwa l-għażliet tiegħu wara riżultati diżappuntanti tas-City. Barcelona u Real Madrid qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tiegħu, filwaqt li Bayern Munich u Paris Saint-Germain ukoll huma interessati.
Haaland iffirma kuntratt fit-tul ma’ City f’Jannar tal-2025, li jżommu mal-club sal-2034, iżda rapporti qed jissuġġerixxu li jista’ jkun hemm klawsoli li jippermettulu jitlaq.
Il-player allegatament għandu ambizzjoni li xi darba jilgħab fil-football Spanjol, u d-diffikultajiet riċenti tas-City żiedu l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.
Madankollu, s’issa m’hemm l-ebda konferma li Haaland iddeċieda li jitlaq jew li bdew negozjati ma’ club ieħor.




