Saturday, December 28, 2024

“Dibattitu li kkonferma l-firda fil-Partit Nazzjonalista”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-dibattitu tal-bieraħ bejn Adrian Delia u Bernard Grech ikkonferma l-faqar tal-kontestanti u l-firda fil-Partit Nazzjonalista.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif “huwa ċar li waqt id-dibattitu, iż-żewġ kandidati kien aktar ħsiebhom kif se jniggżu lil xulxin milli kif se jipproponu xi ħaġa ġdida, kif se joffru ideat ġodda. Dan juri l-livell li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista.”

Silvio Schembri sostna li wara d-dibattitu tal-bieraħ aktar iqumu mistoqsijiet milli jingħata s-serħan tal-moħħ. Min-naħa għandek lil Bernard Grech jgħid li huwa mexa sewwa imbagħad iwaħħal fl-iskola għax l-istudenti li żamm miegħu, ma kinux iddikjarati bħala dħul u min-naħa l-oħra għandek lil Adrian Delia li jgħid li huwa qatt ma kellu problemi finanzjarji.”

Bejn iż-żewġ kandidati, m’hemmx minn fejn tagħżel. Dan ipoġġi aktar responsabilità fuq il-Partit Laburista biex ikompli jwettaq il-manifest elettorali u jġib id-differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Ekonomija

Sport