Tuesday, May 14, 2024

“Dibattitu li reġa’ kixef id-differenza ideoloġika bejn iż-żewġ partiti”

Il-Ministru Owen Bonnici

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan id-dibattitu reġa’ kixef id-differenza ideoloġika u ta’ viżjoni bejn iż-żewġ partiti. Qal li Gvern Laburista irid ikompli jbiddel l-affarijiet għall-aħjar u jġib aktar bidliet, drittijiet u riformi mentri l-Partit Nazzjonalista żgur mhux dak li ġenerazzjonijiet sħaħ iridu għar-riformi u bidliet li jkomplu jtejbu l-ħajja ta’ dak li jkun.

Huwa qal li: “se nkomplu nwessgħu l-opportunitajiet biex aktar nies isiru ġenituri. Se nippermettu lit-tobba u l-ispeċjalisti tagħna jagħmlu użu mix-xjenza biex nevitaw stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu b’ċertezza li jmutu fi ftit ġimgħat.”

“Dan huwa dibattitu b’saħħtu għaliex b’liema mod jekk għandek ix-xjenza li tipprovdi soluzzjoni, li barra minn Malta tintuża diġà, xi ħadd jemmen li għandu d-dritt li jiddeċiedi hu fuq ħaddieħor f’xi ħaġa bħal din li hi ta’ ġid u favur il-ħajja? Dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jmexxi din ir-riforma ‘l quddiem,” tenna l-Ministru Bonnici.

Sport