Saturday, December 28, 2024

“Diġà qbiżna l-100 illum” … Portelli jkompli jsostni dwar il-benefiċċju tal-vitamina D fil-ħalib

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tabib Frank Portelli fl-aħħar sigħat kompla jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jagħtuh widen dwar dak li ilu jsostni sa mill-ewwel każi tal-coronavirus f’pajjiżna.

Huwa qal li l-baqar, bħal bniedem, kapaċi jipproduċu l-vitamina D fi proċess xjentifiku li jinkludi r-raġġi tax-xemx. Żied jgħid li ħafna mill-baqar f’pajjiżna jinżammu ġewwa u b’hekk il-produzzjoni tagħhom ta’ din il-vitamina hija baxxa.

Huwa għamel referenza għal esperimenti i saru fuq razez ta’ baqar li minnhom rriżulta li meta dawn ġew mgħottijin , il-livel ta’ vitamina D fil-ħalib naqas awtomatikament.

Huwa tenna jappella lill-awtoritajiet, inkluża l-fabbrika Maltija li tipproduċi l-ħalib biex jiġu mwarrba piki politiċi għall-ġid tal-poplu kollu.

Intant f’kitba separata ftit tal-ħin ilu huwa kiteb “qbiżnihom il-100 diġà sa 8:00 a.m stennew aktar numri”.

Ekonomija

Sport