Tuesday, May 14, 2024

Attakk fil-Kanada jħalli żewġ vittmi u ħamsa oħra midrubin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas żewġ persuni nqatlu u ħamsa oħra ndarbu f’attakk b’sikkina fil-belt Kanadiża ta’ Quebec.

Il-Pulizija talbet lill-pubbliku biex jibqa’ ġewwa wara li raġel “liebes ilbies medjevali” attakka numru ta’ persuni b’arma li taqta’.

L-uffiċjali fiż-żona arrestaw raġel li għandu madwar 20 sena ftit qabel 1:00 a.m (ħin lokali), iżda r-residenti xorta qed jiġu mħeġġin jibqgħu ġewwa sakemm tkompli l-investigazzjoni.

ir-raġel arrestat ittieħed l-isptar għall-kura ftit wara li sar l-arrest.

Sport