Wednesday, May 8, 2024

M’hemmx paragun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn MIRIAM DALLI

Lanqas hemm paragun. Din hija r-reazzjoni ta’ ħafna, u tiegħi personali, dwar iż-żewġ diskorsi li segwejna din il-ġimgħa fil-Parlament Malti, tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech. 

Id-differenza ħarġet ċara: fuq naħa kien hemm il-Prim Ministru b’viżjoni ta’ fejn irridu nieħdu lil pajjiżna mhux is-sena d-dieħla biss, imma għall-10 snin li ġejjin, u fuq in-naħa l-oħra kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni, b’diskors mingħajr proposti konkreti ta’ kif nistgħu nsostnu l-ekonomija ta’ pajjiżna f’dan il-mument tant diffiċli. Filwaqt li pprova jagħti ħjiel ta’ viżjoni, Bernard Grech falla milli jkun konkret fuq issues li huma mill-aktar importanti. 

Din id-differenza kompliet toħroġ ukoll waqt intervista li kellhom Dr Abela u Dr Grech l-Erbgħa fuq ix-xandir nazzjonali. Punt li forsi mhux ħafna tawh xi piż, imma li għalijja jimmarka d-differenza bejn it-tnejn: il-preżentatur staqsihom biex jagħtu l-fehma tagħhom dwar id-diskorsi ta’ xulxin. Għal Grech, id-diskors tal-Prim Ministru kien wieħed arroganti. Għall-Prim Ministru, din l-opinjoni titħalla f’idejn in-nies. 

Dan huwa Gvern li verament jemmen fin-nies u jemmen li huma n-nies li jistgħu jiġġudikaw ix-xogħol li għamel. Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech jitkellem dwar soċjeta ġusta. Ilkoll naqblu ma’ socjeta ġusta imma kif tista’ temmen f’soċjeta ġusta jekk f’dan il-mument, fl-eqqel ta’ pandemija, tattakka lill-Gvern li qed jagħmel defiċit? Minkejja l-problemi ekonomiċi globali, dan il-Gvern irnexxilu jsalva 100,000 impjieg. 100,000 impjieg li marbuta magħhom hemm familji, hemm żgħażagħ, hemm koppji li għadhom kif saru ġenituri. Dan il-Gvern ma qgħadx jistenni l-fondi Ewropej biex jagħmel il-mini budget ta’ ftit tax-xhur ilu. Investa fil-Maltin għax jemmen fil-Maltin u l-bżulija tagħhom.

Hemm ukoll l-għaqal. L-għaqal ta’ tmexxija li f’dawn is-seba’ snin kabbret l-ekonomija, indirizzat u naqqset id-dejn b’mod sostanzjali u bdiet iġġemma. Ekonomija, li sena wara l-oħra nbniet fuq pjan li jagħti lura lill-Maltin u l-Għawdxin titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom.  

Issa qed inħarsu ‘l quddiem. Għax il-pandemija mhix sfida biss li qed nindirizzaw biex nipproteġu saħħet in-nies; imma hija opportunità biex verament nimbuttaw ‘l quddiem u nimplimentaw ekonomija sostenibbli li tħares l-ambjent u l-klima. Il-protezzjoni tal-ambjent hija importanti għax lin-nies ittihom kwalità ta’ ħajja aħjar; tnaqqas l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem; tipproteġi l-ekosistema u tħalli futur għal ġenerazzjonijiet li għadhom telgħin. Imma dan kollu jeħtieġ investiment u għażliet ċari fl-oqsma ekonomiċi differenti. 

Kull settur, kull miżura u kull azzjoni huma ħolqa f’katina waħda li jisimha sostennibilità. 

Nemmen li huwa l-Partit Laburista fil-Gvern li għandu l-kredenzjali biex iwettaq din il-vizjoni. Il-Prim Ministru Roberta Abela diġa ħabbar pjan biex Malta tilħaq il-miri ta’ carbon neutrality sal-2050. Biex nasslu hemm, irridu nilħqu interim targets – miri ta’ nofs it-triq biex l-industrija u n-negozji jkollhom direzzjoni xi jsegwu. 

Fil-qasam tal-ambjent għandna ħafna x’nagħmlu, imma bdejna. Eżempju wieħed – b’impatt enormi – se tkun il-projbizzjoni ta’ plastik li jintuża darba. Sa ftit tas-snin ilu, in-nies lanqas kienu jemmnu li nistgħu innaqqsu l-użu tal-plastik. Illum tant hemm kuxjenza li n-nies qed jaħsbu dwar kif se jnaqqsu l-plastik huma stess. Imprendituri ħasbu u qed ikomplu jaħsbu xi prodotti alternattivi jistgħu joħolqu. Miżura illi għandha bżonn il-kooperazzjoni ta’ kulħadd, filwaqt li minn sfida qed joħorġu l-opportunitajiet. 

Sa’ ħames snin ilu ftit kienu jemmnu li f’dan il-pajjiż se jirnexxilna naqilbu mill-Heavy Fuel Oil bħala sosrs tal-enerġija ewlieni għall-LNG li jħammeġ ferm anqas. Illum dan sar realta’. Dan kien biss l-ewwel pass, fadal aktar x’isir.

Imma fejn hemm il-ħeġġa li nbiddlu l-affarijiet, l-affarijiet jinbidlu. Din hija l-mentalita li bdejna naddottaw u li rridu nkomplu nsaħħu.  

Sport