Fl-aħħar sigħat Antonio Sciberras bħala Direttur tar-Royal Motoring School ħabbar li wara dak li seħħ ilbieraħ fi Gwardamangia, l-instructor li aggrediet lil Professur Charmaine Gauci m’għadhiex tagħmel parti mill-kumpanija.
Sciberras spjega li dik ma tirriflettix il-valuri tal-kumpanija u għalhekk ma jixraqx li dik il-persuna tibqa’ tirrappreżentahom.
Intant huwa talab apoloġija f’isem il-kumpanija għal mod ta’ kif ġiet trattata Charmaine Gauci fejn saħansitra kellhom jintervjenu l-Pulizija.