Saturday, May 4, 2024

Raġel l-Isptar wara li safa aggredit waqt li kien għaddej biż-żiemel f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li għall-ħabta tas-5:50 p.m kien involut f’argument li seħħ f’Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi.

Inewsmalta tinsab infurmata li r-raġel kien għaddej biż-żiemel meta allegatamet qala’ daqqiet b’arma li taqta’ u ppuntata.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel midrub sakem seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-allegat aggressur għadu mhux identifikat u jidher li rnexxielu jaħrab mill-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport