Saturday, November 23, 2024

Dimostranti jagħtu n-nar lill-Kungress tal-Gwatemala fost protesti kontra l-baġir

Aqra wkoll

Mijiet ta’ dimostranti rnexxielhom jidħlu b’forza fil-binja li tospita l-Kungress tal-Gwatemala u taw in-nar lil parti mill-binja. Dan hekk kif qed jikbru d-dimostrazzjonijiet kontra l-President Alejandro Giammattei u l-leġiżlatura tiegħu dwar l-approvazzjoni tal-baġit li se jara tnaqqis fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

L-inċident seħħ hekk kif mal-10,000 persuna kienu qegħdin jipprotestaw quddiem il-Palazz Nazzjonali fi Guatemala City kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż u l-baġit approvat mill-President, liema baġit id-dimostrabti qed jisħqu li ġie ffirmat u approvat mil-leġiżlaturi b’mod sigriet filwaqt li l-poplu kien distratt mill-qerda li ħallew l-uragani u l-pandemija tal-Covid-19.

Intant filmati ppubblikati fuq il-midja soċjali kienu juru lil parti mill-binja li tospita l-Kungress nazzjonali maħkuma minn nirien. Il-midja lokali rrapportat li l-pulizija kellha tagħmel użu minn gass tad-dmugħ, b’aktar minn 10 persuni jindarbu fil-ġlied li nqala’.

Sport