Sunday, June 23, 2024

Tifel ta’ 12-il sena jaqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari fl-inħawi tal-irdum ta’ Xaqqa

Aqra wkoll

Tifel ta’ 12-il sena kellu jittieħed l-isptar għall-kura wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari fl-inħawi tal-Irdum ta’ Xaqqa viċin Għar Lapsi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 p.m. wara li t-tifel żelaq minn fuq taraġ.

Fuq il-post mar tim mediku biex jassisti lit-tifel, li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

Sport