Wednesday, July 24, 2024

Silvio Parnis: “Wasal iż-żmien li nagħti aktar ħin għalija u għall-familja”

Aqra wkoll

“Wasal iż-żmien li nagħti aktar ħin għalija u għall-familja.” Hekk saħaq id-Deputat Laburista Silvio Parnis li f’kumment fuq il-midja soċjali wara li tħabbar ir-reshuffle tal-Kabinett, indika li jaf itemm il-karriera politika tiegħu.

Bir-reshuffle mħabbar mill-Gvern ilbeoraħ, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità issa se jingħata aktar importanza mill-Gvern u se jsir Ministeru, li għalih se jkun responsabbli Michael Farrugia.

Intant fil-kumment tiegħu fuq il-midja soċjali, Parnis qal li kien ġie elett fil-Parlament għall-ewwel darba 23 sena ilu, u minn dakinhar ’l hawn dejjem kiseb numru kbir ta’ voti fl-elezzjonijiet li kkontesta.

“Dan seħħ għaliex dejjem kont viċin in-nies u n-nies ħabbejthom u tajthom ħini u qalbi,” tenna Parnis.

Parnis temm billi rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu miegħu tul is-snin.

Intant rapporti fil-midja qed jgħidu li Parnis bagħat messaġġ lil ħbieb viċini tiegħu fejn qal li mhux biħsiebu li jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Ekonomija

Sport