Id-Deputat Parlamentari Laburista Ray Abela f’messaġġ li għadda fuq il-midja soċjali dwar is-sitwazzjoni tal-iskart f’pajjiżna sostna li kulħadd jaqbel li għandna bżonn inkomplu innaddfu l-mentalità ta wħud li għadhom jarmu barra u saħansitra joħorġu l-boroż ta’ kull kulur meta u x’ ħin iffettlihom.
“Huwa dan in-nuqqas ta’ rispett u edukazzjoni li qed iħammeġ lil pajjiżna ta’ kuljum. Hawnhekk nikkondovidi l-ħsibijiet tad-Direttur ta’ Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division, is-sur Ramon Deguara li ta’ kuljum u b’ impenn assolut, il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Cleansing mhux biss inaddfu iżda wkoll jiġbru skart u boroż kuljum,” kiteb id-Deputat Abela
“Nappella lil pubbliku sabiex jikkopera u jirrispetta l-iskedi u l-ambjent ta’ madwarna billi juża aktar is-servizzi li joffru bla ħlas il-Gvern u l-Kunsilli Lokali,” temm jgħid id-Deputat Laburista.