Monday, May 13, 2024

Roma għadhom ifittxu attakkant

Aqra wkoll

Roma jinsabu għaddejjin sabiex isibu attakkant u d-diriġenti mill-belt kapitali Taljana qed iħarsu sew lejn il-profil ta’ Duvan Zapata u Marcos Leonardo. Minkejja li ilhom għaddejjin tentattivi minn dawn l-istess diriġenti, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim la ma’ wieħed u lanqas mal-ieħor. 

B’hekk I Giallorossi qed jevalwaw il-possibbilta’ li jmorru għal pjan B fejn issa qed jaraw ukoll il-progress ta’ Abel Ruiz ta’ Braga u Borja li bħalissa jilgħab ma’ Chelsea.

Il-kowċ Jose Mourinho ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex iħaffu l-proċess għax irid li jkollu attakkant ieħor fl-iskwadra.

Sport