Monday, May 13, 2024

Lloris fir-radar ta’ Lazio

Aqra wkoll

Lazio huma ferm interessati li jiksbu s-servizzi tal-gowlkiper Franċiż Hugo Lloris. Dan tal-aħħar għandu 36 sena u temm avventura mat-tim nazzjonali Franċiż fejn lagħab 145 partita.

Hekk kif il-klabb tiegħu Tottenham Hotspur akkwista s-servizzi ta’ Guglielmo Vicario, post Lloris fl-ewwel ħdax hu ferm fid-dubju u mistenni jitlaq minn Londra wara servizz li tahom għal madwar 11-il sena.

Il-president ta’ Lazio Claudio Lotito lest li jagħti kuntratt ta’ tliet snin lil Lloris b’żewġ miljuni kull staġun bħala salarju massimu.

Sport