Monday, May 13, 2024

Zaniolo b’self ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Taljan Nicolo Zaniolo ingħaqad ma’ Aston Villa fil-Premier League Ingliża fuq bażi ta’ self minn mal-klabb tiegħu Galatasaray. Hekk kif kollox kien jidher li l-eks attakkant ta’ Roma kellu jilgħab fl-Italja, waslet l-offerta tal-Villains li għoġbithom sew tant li ddeċieda li jmur magħhom.

Zaniolo għandu 24 sena u lagħab 12-il logħba ma’ Galatasaray u skorja ħames gowls.
Ma’ Aston Villa se jsib il-kowċ Unai Emery li kien hu stess li ssuġġerixxa lil Zaniolo mat-tim minn Londra.

Sport