Sunday, June 1, 2025

“Din ħolma li saret realtà” – Mireille Mckay

Rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ’Brillanti Singers’.

Aqra wkoll

X’inhuma l-ewwel kummenti tiegħek wara r-rebħ ta’ ‘Brillanti Singers 2025’?

Inħossni grata ħafna u ferħana li rbaħt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘Brillanti Singers’ … din ħolma li saret realtá.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika u l-kant?

Minn mindu kont ta’ etá żgħara ħafna kont inħobb nisma’ u nara videos tal-mużika … kont nikkomunika mal-mama bil-mużika.

Kif tiddeskrivi x-xena tal-mużika f’pajjiżna fil-preżent?

Fix-xena mużikali hawn Malta hawn ħafna talent u hawn ħafna kantanti Maltin bravissimi.

Impressjonajt ferm bil-prestazzjoni tiegħek tad-diska ‘Rise Up’. Agħtina iktar dettalji.

’Rise’ hi waħda mill-kanzunetti favoriti tiegħi li fiha messaġġ biex ma tibżax u tagħmel kuraġġ biex timxi ‘l quddiem.

Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudji tiegħek u mal-kant?

L-għalliema tal-kant tiegħi dejjem sabuli l-ħin addattat biex inkun nista’ nlaħħaq mal-istudju u l-kant, u nistudja l-mużika fil-ħin liberu tiegħi.

X’tikkummenta fuq l-għalliema tal-kant tiegħek, Ms Gillian Attard?

Ms Gillian Attard laqatni mill-ewwel darba li dħalt fl-akkademja u dejjem emmnet fija, hekk kif ukoll temmen ħafna fit-talent tal-istudenti u taħdem b’dedikazzjoni kbira biex tara l-istudenti jibbrillaw u jiksbu s-suċċess u l-ħolm tagħhom.

X’tikkummenta fuq il-produzzjoni impekkabbli ta”Brillanti’ mmexxija mill-prezentatur u produttur, Joseph Chetcuti?

’Brillanti’ insegwieh ħafna u kienet il-ħolma tiegħi li nieħu sehem f’dan il-programm spettakolari. Joseph Chetcuti għandu qalbu kbira għax jagħti din l-opportunitá lill-Maltin bravi biex jesponu t-talent tagħhom u jkollhom iċ-ċans li jikbru fil-karriera tagħhom. Il-produzzjoni tal-programm hi impekkabli u vera professjonali u bravissimi … issibhom dejjem hemm biex jgħinu lil kull parteċipant.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-kant?

Fil-futur nara li ħa nkompli nistudja fix-xena tal-mużika, fil-kant u anke fil-pjanu. Nara li nkanta barra minn Malta biex nirrapreżenta lil pajjiżna.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda l-kant speċjalment lil tfal / żgħażagħ bħalek li jinsabu fl-ispettru tal-awtiżmu.

Il-messaġġ tiegħi hu li jagħmlu kuraġġ u jemmnu fihom infushom għax l-ebda kundizzjoni m’għandha twaqqfek milli tagħmel dak li tħobb u milli tikseb il-ħolm tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport