Friday, December 20, 2024

Din il-ġimgħa hemm possibilità ta’ xita

Aqra wkoll

Frar hu magħruf sew li jagħti ammont tajjeb ta’ xita. L-għelieqi għandhom bżonn ħafna ilma tax-xita biex il-bdiewa jkunu jistgħu jkabbru l-prodotti tagħhom.

Din il-ġimgħa hemm possibilità ta’ xi xita. Dan intqal minn Gordon Grech l-amministratur tal-paġna tat-tbassir tat-temp l-Aġġornament tat-Temp.

Grech kiteb li għall-inqas din il-ġimgħa hemm ftit possibiltà ta’ xi xita. Firxa ta’ pressjoni baxxa se ġġib magħha temp instabbli kemm fil-baħar Terren kif ukoll fuq il-baħar Ionju. Dan se jwassal għal diversi maltempati fuq il-baħar.

Però xi sħab se jifforma minnhom fiċ-ċentru tal-Mediterran u għalhekk hemm possibilità ta’ xi xita.

Fil-fatt, għada t-Tlieta hemm 60% ċans ta’ xita waranofsinhar. Ir-riħ se jkun forza 4 Punent il-Lbiċ. L-Erbgħa imbgħad hemm 55% ċans ta’ xita bir-riħ ikun forza 5 mill-Grigal b’buffuri ta’ forza 6.

Il-Ħamis hemm 40% ċans ta’ xita bir-riħ ikun forza 4 mil-Lbiċ filwaqt li l-Ġimgħa jkun hemm l-istess ċans ta’ xita bħal ġurnata ta’ qabel b’riħ min-nofsinhar forza 5.

Fi tmiem il-ġimgħa, jidher li hemm possibiltà ta’ 60% ta’ xita s-Sibt b’riħ forza 4 mill-Punent Majjistru filwaqt li l-Ħadd din il-possibiltà tonqos għal 45% b’riħ forza 5 mill-Majjistral.

Ekonomija

Sport