Għada l-Erbgħa, 20 ta’ Lulju, mid-9:00 a.m., in-niżla li tgħaqqad il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ Triq it-Tiġrija ma’ Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, se tkun magħluqa għal ftit sigħat. Dan sabiex ikunu jistgħu jsiru linji ġodda.
Ħabbar dan Infrastructure Malta ftit tal-ħin ilu.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn rotot alternattivi minn Santa Venera jew il-Marsa.