Thursday, August 28, 2025

Din is-sena ġew imsewwija aktar minn 700 qattus

Aqra wkoll

“Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li matul din is-sena ġew imsewwija aktar minn 700 qattus u, b’hekk, it-total minn meta bdiet il-Kampanja Nazzjonali issa qabeż l-4,500 qattus.” Hekk iddikjarat is-Sergetarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Hija kompliet tikteb li “din hija kisba importanti fil-wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern, li mhux biss tgħin biex innaqqsu l-popolazzjoni u l-mard fost il-qtates stray, imma wkoll tgħin lill-cat feeders li b’dedikazzjoni kbira jieħdu ħsieb numru ta’ qtates madwar Malta u Għawdex.”

Bugeja Said irringrazzjat lil dawn il-persuni għax-xogħol volontarju li jagħmlu kif ukoll għall-imħabba li juru lil dawn il-qtates ta’ kuljum!

“Kif ħabbarna s-sena l-oħra, il-kampanja ġiet estiża wkoll għall-klieb tal-bully breeds u dawk li jinsabu f’żoni rurali. Sa issa ġew imsewwija aktar minn 85 kelb – pass ieħor importanti sabiex inkomplu inħarsu l-benesseri tal-annimali tagħna,” itemm tgħid is-Sergetarju Parlamentari Alicia Bugeja Said. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport