Doaa Kasem – it-tfajla ta’ 17-il sena li ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija fis-16 ta’ Ġunju li għadda għadha ma nstabitx.
Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar jiem mill-Pulizija ntqal li t-tfajla dehret l-aħħar fl-inħawi ta’ Santa Venera.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.