“Din it-tifla ħelwa għadha għaddejja minn żmien diffiċli. Għamilna kuntatt mat-tim mediku tagħha u ma’ kull min jista’ jappoġġjaha u jgħinha tfiq u qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inġegħluha tħossha komda mill-ġdid. Kienet ġimgħa diffiċli, u għadna nittamaw li naraw id-dawl”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet omm iċ-ċkejkna Jasmine permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna: Jasmine’s Journey. L-omm spjegat li qed timmisja t-tbissima ħelwa tagħha, imma taf li Jasmine se tkompli tiġġieled minkejja l-mumenti diffiċli ta’ bħalissa.
L-omm qalet ukoll; “Kellna wkoll nipposponu l-programm intensiv tan-NAPA f’Londra tal-ġimgħa d-dieħla. Jekk jogħġobkom żommu lil Jasmin fit-talb tagħkom”

