Saturday, December 21, 2024

Din L-Art Ħelwa u l-RIDT jiffirmaw ftehim bejniethom 

Aqra wkoll

Din l-Art Ħelwa and the Research u l-RIDT, illum iffirmaw ftehim biex titwaqqaf kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet biex jinġabru fondi għal diversi proġetti li jkunu jinvolvu differenti dipartimenti mill-Università ta’ Malta.

Fost id-dipartimenti involuti fi proġetti bħal dawn hemm id-Dipartiment tal-Konservazzjoni u l-Wirt Mibni u d-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija.

Matul l-aħħar snin, iż-żewġ entitajiet irnexxielhom jiġbru fondi għal proġetti speċifiċi. Din l-Art Ħelwa, imwaqqfa fl-1965, irrestawra u tmexxi bosta siti kulturali ta’ importanza storika u ambjentali.

L-RIDT, imwaqqfa fl-2011, iffinanzja diversi proġetti ta’ riċerka fl-oqsma kollha ta’ studju fi ħdan l-Università ta’ Malta. B’din il-kollaborazzjoni, iż-żewġ entitajiet se jingħaqdu biex jiffinanzjaw proġetti ta’ interess reċiproku. Dan il-ftehim se jkopri perjodu ta’ ħames snin.

“Din l-Art Ħelwa dejjem fittxet l-ogħla standards xjentifiċi fil-proġetti ta’ konservazzjoni tagħha; din il-kollaborazzjoni tippermettilna niġbru fondi biex nisfruttaw l-aqwa xjenza fl-Università,” qal il-president eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Prof. Alex Torpiano.

“Din hija kollaborazzjoni prestiġjuża u huwa unur għall-RIDT li taħdem ma’ Din l-Art Ħelwa, il-fiduċja nazzjonali ta’ Malta, lejn is-salvagwardja tal-wirt tagħna,” żied Wilfred Kenely, il-kap eżekuttiv tal-RIDT

Ekonomija

Sport