Wednesday, July 24, 2024

Meħtieġa decider bejn Lija Athletics B u Swieqi United

Aqra wkoll

Intemm l-ewwel round tal-Enemed Women’s Futsal League fejn Mtarfa, Lija Athletics A, Lija Athletics B u Swieqi United kisbu post fil-playoffs li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.

Minkejja kollox, se jkun meħtieġ li tintlagħab decider bejn Lija Athletics B u Swieqi United sabiex jiġu deċiżi t-tielet u r-raba’ post.

Sadanittant, fl-unika partita li ntlagħbet fil-Padiljun ta’ San Alwiġi f’Birkirkara, Swieqi United għelbu lil University of Malta ACJ Groupu 6-2.

Wara li l-Universitarji marru minn fuq, Swieqi kellhom reazzjoni f’waqtha hekk kif dawru l-iskor favurihom.

Amy Vella u Vanessa Caneiro skorjaw doppjetta kull wieħed bi Krista Montford u Danna Fuentes li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

L-Universita’ skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Andrea Alonso Martin u Kelly Agius Pace.

Referees kienu Pierre Bonnici u Ray Tabone.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa 16, Lija Athletics A 13, Swieqi United, Lija Athletics B 9, University of Malta ACJ Group, Santa Margherita 7, Parr Mela Rockets Futsal 0.

Ekonomija

Sport