Monday, December 23, 2024

“Sa €70,000 għal kull pazjent li jkollu bżonn appartamenti għal perjodu twil ħafna barra mill-pajjiż”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-indirzz politiku tiegħu fl-Isla, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar il-memorja ta’ Renald hu ddeskrivih bħala raġel li miegħu tkun taf fejn qiegħed. Abela qal li Renald dejjem ta’ prijorità lill-familja tiegħu u qatt ma lmenta quddiem l-isfidi li poġġietlu quddiemu ħajtu.

Abela għamel referenza għal gvernijiet preċedenti li fit-tieni leġiżlatura tagħhom normalment jibdew imajnaw, iżda dan il-gvern “għadu fil-bidu ta’ proċess tal-bidla li beda għaddej bih”. Abela qal li filwaqt li dan il-gvern żamm it-tajjeb li kien hemm qabel Jannar, daqstant ieħor infatam minn dak kollu li seta’ sar aħjar qabel.

Il-PM tkellem dwar l-importanza tal-involviment taż-żgħażagħ u l-element femminili. Qal li dan il-gvern jagħti importanza lill-ġenerazzjonijiet preċedenti u dan jidher ċar fil-baġit mħabbar. Huwa tkellem dwar il-valutazzjoni tal-poplu kollu, iżda l-ħsieb hu li jkun hemm l-aktar kabinett żagħżugħ fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa appella liż-żgħażagħ “Għandi bżonnkom miegħi”.

Abela qal li dan il-gvern f’nofs pandemija, rnexxielu jibqa’ jnaqqas il-qgħad u dan kollu jidher fi statistika li ma jista’ jmeriha ħadd. Huwa rringrazzja lin-negozji li ma qatgħux qalbhom minkejja dawn l-isfidi.

Il-PM tkellem dwar id-deċiżjoni ta’ dan il-gvern li għażel li jerfa’ r-responsabbilità u baqa’ sakemm ġab l-ewwel u qabel kollox is-saħħa tal-poplu biex flimkien ma Puttinu jkompli jgħin aktar pazjenti. Kull pazjent li se jkun qiegħed jingħata l-kura, se jkun qiegħed jingħata €70,000. Qal li l-istorja tibda minn sempliċiment test li jibdillek ħajtek ta’ taħt fuq meta jgħidulek li marid b’marda li taf ittemlek ħajtek jekk ma taġixxix mill-ewwel. Qal li l-anqas li jkollok bżonn hu li tara fejn se toqgħod u kif se tgħix f’kirjiet li huma ta’ piż qawwi. 

Ekonomija

Sport