Sunday, December 29, 2024

Disa’ fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol fl-2021

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal ukoll li din l-Awtorità tqis b’importanza kbira kull inċident li jseħħ fuq il-post tax-xogħol. “Ninnota b’dispjaċir li matul l-2021 tilfu ħajjithom 9 persuni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Kienu kollha fil-qasam tal-kostruzzjoni. 6 seħħew b’riżultat ta’ waqgħat mill-għoli… fataljiet li jinvolvu ħaddiema barranin.”

Huwa tenna wkoll li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ma torbotx biss mal-qasam tal-kostruzzjoni imma torbot ma’ kull post tax-xogħol. Qal ukoll li se ssir ħidma ta’ kordinazzjoni akbar bejn diversi taqsimiet ta’ infurzar bil-għan li jipprevjenu aktar inċidenti. 

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi tkellem ukoll dwar il-multi amministrattivi li jinħarġu u qal li numru sostanzjali tagħhom kienu jirrigwardjaw nuqqas ta’ miżuri kontra waqgħat mill-għotli jew nuqqas ta’ involviment tal-project supervisor għal dak il-proġett.

Ekonomija

Sport