Matul is-sigħat li għaddew fil-Kanada seħħ attakk fuq skola fejn persuna daħlet tispara bl-addoċċ. Skont rapporti fil-midja internazzjonali f’dan l-attakk inqatlu disa’ persuni, sitt minnhom instabu mejta fil-bini tal-iskola filwaqt li persuna oħra mietet hekk kif kienet qiegħda titwassal l-isptar.
Żewġ persuni oħrajn instabu mejta ftit tal-ħin wara f’residenza li tinsab qrib ħafna l-istess skola.
Uffiċjali tal-Pulizija qalu li l-persuna li wettqet dan l-attakk qatlet lilha nnifsha fl-iskola stess. Uffiċjali tal-Isptar qalu li mill-inqas iddaħlu 25 persuna oħra li kienu qegħdin isofru xi ġrieħi kawża tal-isparatura li seħħet fl-iskola.
Il-Prim Ministru Kanadiż Mark Carney waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li din hija aħbar xokkanti mhux biss għaċ-ċittadini ta’ British Columbians, iżda wkoll għal pajjiż kollu. Qal li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-isparatura li seħħet fl-iskola u l-persuni mejtin li nstabu f’residenza fil-qrib saru mill-istess persuna li ġiet iċċertifikata mejta fl-iskola stess.

