Sunday, November 24, 2024

“Diskors misoġenista u dispreġġjattiv fil-konfront tal-mara”

Il-Prim Ministru jirreaġixxi għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ id-diskors li għamel l-Erbgħa fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech bħala wieħed misoġenista u dispreġġjattiv fil-konfront tal-mara.

Grech, li kien qed jitkellem waqt id-diskussjoni parlamentari li għaddejja b’rabta mal-emenda mressqa mill-Gvern intiża biex tipproteġi saħħet il-mara f’każ ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala, għamel referenza għall-każ ta’ Andrea Prudente u fost l-oħrajn uża diversi drabi l-kelma “prudenti”.

Fir-reazzjoni tiegħu mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li assistejna għal diskors xokkanti tal-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem biss wara qtil ta’ mara femminili. Huwa qal li żgur li l-Oppożizzjoni ma tistax titkellem li hi favur il-ħarsien tal-mara mbagħad ikollok Kap tal-Oppożizzjoni li titkellem b’dak il-mod fil-Parlament.

“Kont ixxukkjat u ddispjaċut għall-mod kif tkellem,” tenna l-Prim Ministru filwaqt li saħaq li bl-emenda li qed iressqu ‘l quddiem mhux se jkun introdott l-abort.

Sport