Thursday, November 14, 2024

Diskussjonijiet biex partijiet mis-sett tal-film Gladiator jibqgħu jintużaw bħala attrazzjoni turistika

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Niċċa partikolari li qiegħda tattira s-suq Amerikan hija dik tat-turiżmu reliġjuż, qal il-Ministru Bartolo waqt li kien intervistat minn talk.mt. “Malta għandha storja reliġjuża li nistgħu nbigħuha u aktar minn hekk kull lokalità f’Malta u Għawdex għandha x’toffri.

“Insemmi r-Rabat Malta, fejn hemm il-Katakombi u anke l-Imdina, u li tista’ tkun faċilament waħda mill-attrazzjonijiet priċipali għat-turiżmu reliġjuż. Dawn huma kollha elementi li nistgħu nużawhom fil-marketing tagħna meta nirreklamaw lil Malta.
“Nużaw ukoll il-films biex nirreklamaw il-pajiż. L-Amerika nafu li hemm nies, li jkunu jridu jfittxu fejn inħadmu films partikolari,” tenna l-Ministru Bartolo.

Semma pereżempju l-ġbid tal-film Jurassic World, u li bħalissa għaddej il-ġbid tal-film Gladiator fejn qal li se jidħlu f’diskussjonijiet sabiex iżommu partijiet mis-sett biex imbagħad jintużaw bħala attrazzjoni turistika.

Tenna li “s-suċċess tat-turiżmu jiddependi tassew minn kulħadd. Meta qed nagħmlu pajjiż aktar attraenti, qed nagħmluh mhux biss għat-turist imma wkoll għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

“Aħna rridu nkomplu ninvestu, naġġornaw il-prodott turistiku. Hemm elementi li għadna ma ħarisniex lejhom fosthom l-element diġitali li għadna kemmxejn lura fih. Il-prodott turistiku jista’ jimraħ ukoll fid-dinja diġitali.”

Ekonomija

Sport