Sunday, December 22, 2024

Distakk ta’ 13.4% bejn il-partiti wara l-ewwel ġimgħa ta’ kampanja elettorali

Aqra wkoll

Hekk kif ninsabu fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali li ser issir fis-26 ta’ Marzu li ġej, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa ta’ 13.4% favur il-Partit Laburista. Dan jirriżulta minn stħarriġ ikkummissjonat minn it-TORĊA u li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà. Jekk wieħed jikkunsidra turnout simili bħal dak tal-2017, dan ir-riżultat ipoġġi d-distakk ta’ madwar 41,000 vot favur il-Partit Laburista. 

Li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jikseb 55.9% tal-fiduċja tal-elettorat, waqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb 42.5%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.6% tal-elettorat. 

Dott. Marmarà spjega li meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li jirriflettu li jwieġbu jew jinsabu indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib sostituzzjoni xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Żied jgħid li dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat finali ta’ dak li jista’ jseħħ.

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ, li sar bejn it-22 u l-25 ta’ Frar, jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 0.9% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 1.2% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.3% għall-ADPD jew oħrajn. 

Meteodoloġija 

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 1,000 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.1% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom. 

Ekonomija

Sport