Wednesday, July 24, 2024

Diversi ħbieb ta’ David Cluett jiltaqgħu bejniethom għal-logħba testimonjali

Aqra wkoll

Il-Veterans Malta Football Association organizzat logħba testimonjali bejn il-ħbieb tal-eks-goalkeeper ta’ Floriana u tat-tim nazzjonali Malti David Cluett. Din il-logħba saret qabel il-finali tad-David Cluett Memorial Cup fil-grawnd tal-Iskola tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.

Diversi eks-plejers ħadu sehem f’din il-logħba fosthom Dennis Cauchi, Mark Galea, Mario Caruana, Charles Sciberras, Richard Buhagiar, Malcolm Camilleri, Ernest Barry, Martin Gregory u Michel Degiorgio. Ingħaqdu magħhom ukoll Carlos Cluett u Daniel Cluett li wkoll kellhom iċ-ċans li jilagħbu parti mil-logħba.

Fil-preżenza ta’ Fr Hillary Tagliaferro u l-mistednin għall-okkażjoni Carmel Busuttil, John Buttigieg u Edwin Camilleri, diversi minn dawn il-plejers reġgħu għexu b’nostalġija dawk il-mumenti meta kienu jpaxxu lid-dilettanti tal-futbol lokali bil-logħob tagħhom.

Il-president tal-VMFA Malcolm Camilleri rringrazzja lil dawn il-plejers li attendew għal din il-partita. Hu sostna li l-għan ta’ din l-assoċjazzjoni hu li jżomm lil dawn l-eks plejers internazzjonali attivi fi spirtu sportiv u ta’ ħbiberija.

Ekonomija

Sport