Tuesday, December 24, 2024

Diversi korsijiet taċ-Ċikliżmu mill-UCI matul din is-sena f’pajjiżna

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa li ghaddiet ġie fi tmiem tiegħu kors ieħor tal-kowċing organizzat mill-UCI u WWC – dak tal-Coach Development Program Level 2 immexxi minn Tyrone Johns. Fil-ġimgħat ta’ qabel kienu inżammu wkoll żewġ korsijiet oħra online b’suċċess mill-UCI u WWC fejn għal dak tal-Meccanics ħadu sehem 22 persuna, filwaqt li għal dak ta’ Coach Development Program Level 1 ipparteċipaw 32.

Dan kollu sar possibli bil-ħidma ta’ Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu li huwa wkoll membru tal-UCI Solidarity and Emerging Cycling Countries Commission fejn baqa’ jinsisti mal-UCI biex jinżamm dawn il-korsijiet ferm utli f’pajjiżna. Filfatt l-istess Bajada kkordina dawn il-korsijiet li għalih attendew iktar mill-massimu possibli aċċettat mill-UCI għal korsijiet simili.

Il-Pesident John Zammit qal li l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lil Jaques Landry UCI u WCC Development Director, kif ukoll lil kowċ Tyrone Johns tat-tagħlim u l-esperjenza kollha kemm tat-teorija u l-prattika li għadda lil parteċipanti. Huwa rringrazzja wkoll lil Joe Bajada li bil-ħidma intensiva tiegħu internazzjonali rnexxielna norganizzaw daqstant korsijiet taċ-ċikliżmu f’pajjiżna, inkluż anke dak għal Commissaires, snin ilu.

Fuq kollox grazzi lil UCI tal-għajnuna kollha tagħha biex dawn il-korsijiet setgħu jkunu organizzati għal benefiċċju tal-membri kollha f’pajjiżna. Dan kollu ser jgħin mhux ftit f’iktar żviluppi ta’ dan l-isport fil-gżejjer tagħna fejn il-ġenerazzjonijiet futuri lokali jirnexxu iktar u jiġru wara l-ħolm tagħhom bħal ma kien riċentament bil-parteċipazzjonji Mondjali għad-dixxiplini kollha taċ-ċikliżmu li għandna f’Malta meta ħadu sehem fil-Kampjonati Mondjali li saru fl-Iskozja, wħud minnhom għall-ewwel darba fl-istorja u dan grazzi għall-istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, l-UCI, kif ukoll SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti għal għajnuna finanzjarja tagħhom.

Ekonomija

Sport