Saturday, December 28, 2024

Diversi persuni jinqatlu f’sitwazzjoni ta’ ostaġġi f’Oregon

Aqra wkoll

Diversi persuni nqatlu f’sitwazzjoni ta’ ostaġġi li żvolġiet f’Salem, Oregon. Uffiċjali tal-Pulizija mill-Uffiċċju tax-Sheriff ta’ Marion County irrispondew għal rapport ta’ sitwazzjoni ta’ ostaġġi f’Juneva Place.

Negozjatur imħarreġ f’sitwazzjonijiet ta’ ostaġġi kien fuq il-post u pprova jitkellem mas-suspettat madankollu nstemgħu tiri ta’ arma tan-nar.

“Kien hemm diversi fatalitajiet f’dan l-inċident, inkluż is-suspettat,” kienet tgħid stqarrija maħruġa mill-Pulizija Amerikana, minkejja li ma ngħatawx dettalji dwar in-numru ta’ persuni li mietu.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-ebda uffiċjal tal-pulizija ma ndarab f’dan l-inċident, bl-uffiċjali kollha involuti fl-isparatura se jkunu qed jitpoġġew taħt leave amministrattiv sakemm l-investigazzjoni tieħu l-perkors tagħha.

Ekonomija

Sport