Friday, April 19, 2024

Ħaddiem jitlef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena, residenti Ħaz-Żebbuġ, kmieni dalgħodu tilef ħajtu f’inċident li seħħ waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 a.m.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija rriżulta li l-vittma kien qed jagħmel xogħol ta’ tindif tal-mina meta għal xi raġuni waqt li kien fuq il-‘high-up’ inaddaf is-saqaf tal-mina, ir-raġel spiċċa maqbud bejn is-saqaf tal-konkos tal-mina u l-istess ‘high-up’.

Fuq il-post marru jassistu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ritratti : Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

https://www.inewsmalta.com/2020/09/ma-stajtx-nemmen-dalghodu-tibqa-maghna-fi-hsibijietna-u-talbna-marju-is-sindku-ta-haz-zebbug-isellem-lil-marju-l-biezel/
https://www.inewsmalta.com/2020/09/iz-zebbugin-mahsudin-bit-tragedja-li-hasdet-hajjet-mario-l-biezel/

Sport