Saturday, July 25, 2026
Home Sport Diversi plejers se jħallu lil Milan

Diversi plejers se jħallu lil Milan

0
469

Hekk kif l-istaġun 2022/23 tal-futbol Taljan riesaq lejn tmiemu, AC Milan qed jaħsbu sabiex ineħħu xi plejers mill-iskwadra tagħhom sabiex jaqilgħu l-flus li eventwalment jonfquhom f’xi plejers oħrajn.

Ħames plejers mistennija jħallu lir-Rossoneri u dawn huma l-goalkeeper Ciprian Tatarusanu, Antonio Mirante u l-plejers Ante Rebic, Sergio Dest u Tiemoue Bakayoko li mistennija jibdew avventura ġdida x’imkien ieħor. 

Għadha wkoll inċerta s-sitwazzjoni tal-kowċ Stefano Pioli bid-diriġenti Milanisti li lesti jitkellmu dwar dan is-suġġett fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.