Saturday, December 21, 2024

Diversi żgħażagħ ta’ Juventus se jiġu mislufa

Aqra wkoll

Juventus se jkomplu jagħmlu rivoluzzjoni fit-tim tagħhom hekk kif wara li Koni De Winter se jmur jilgħab ma’ Genoa, Marley Ake hu viċin li jilgħab għal Udinese.

L-għan tad-diriġenti Bianconeri hu li diversi żgħażagħ li bħalissa jinsabu fl-iskwadra, jingħataw lil xi klabbs fuq bażi ta’ self sabiex jieħdu aktar esperjenza.

Fil-fatt aktar plejers bħal Enzo Barrenechea, Matias Soulé u Nicolussi Caviglia qed jintalbu sabiex ifittxu klabb għax mhux fil-pjani tal-kowċ Massimiliano Allegri.

Ekonomija

Sport