Wednesday, May 28, 2025

Diżappunt fl-isparar … Eleanor Bezzina tonqos li tirbaħ midalja fil-kompetizzjoni 10m Air Pistol

Aqra wkoll

Fil-bidu tat-tieni ġurnata ta’ kompetizzjonijiet fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żghar, kellna diżappunt fl-isparar hekk kif Eleanor Bezzina naqset li tirbaħ midalja fil-kompetizzjoni 10m Air Pistol.

Kien hemm stennija kbira għal din il-kompetizzjoni hekk kif sentejn ilu f’Malta, Bezzina kienet rebħet id-deheb fl-istess kompetizzjoni.

Il-Maltija bdiet tajjeb  fl-ewwel fażi hekk kif għamlet skor ta’ 554 punti biex ikkwalifikat għall-finali fit-tieni post.

Fil-finali Bezzina ma tantx bdiet tajjeb tant li kienet għal xi mumenti tvarja bejn il-ħames u r-raba’ post. Biss f’mument minnhom telgħet fit-tieni post. Biss fir-rawnd ta’ wara reġgħet niżlet fir-raba’ post fejn ġiet eliminate bi skor finali ta’ 180.2 punt (2.3 punt ‘il bogħod mid-deheb u 0.3 punt mill-midalja tal-bronż).

Id-deheb marret għand Serena Navanovic tal-Montenegro, segwita miċ-Ċiprijotti Constantina Pratsi u Christiana Georgiou.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport