Il-Malta Motorsport Federation tinsab diżappuntata ħafna bir-rapporti ppubblikati fil-midja nhar il-Ħamis li l-Kunsilli Lokali tal-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa daru kontra l-avveniment prestiġjuż organizzat fil-periferija tal-lokalitajiet tagħhom.
Edizzjonijiet preċedenti tal-Grand Prix ta’ Malta wrew li l-avveniment ippjanat bir-reqqa mill-Fondazzjoni tal-Grand Prix ta’ Malta jħalli l-inqas impatt possibbli fuq iż-żona. Il-kunsilli qalu li huma kontra li jsir il-Grand Prix tal-Imdina, filwaqt li fil-prinċipju mhux kontra l-attività jew l-organizzaturi tagħha. Jekk dan kien il-każ, il-kunsilli għandhom ikunu onorati li avveniment tant prestiġjuż, ta’ fama internazzjonali jsir fil-periferija tal-lokalitajiet tagħhom. Huwa irresponsabbli għall-kunsilli li jgħidu li jridu li l-avveniment ta’ jumejn iseħħ x’imkien ieħor peress li huma obligati li jattiraw avvenimenti ta’ livell għoli fl-irħula, bliet, u reġjuni tagħhom.
Avvenimenti bħal dawn jagħtu prestiġju lill-lokalitajiet u jpoġġuhom fuq il-mappa internazzjonali, xi ħaġa li l-kunsilli għandhom ikunu qed jagħmlu huma stess u mhux jagħmlu ħsara lill-għaqdiet volontarji li jorganizzaw avvenimenti bħal dawn. Bħal fl-avvenimenti l-oħra kollha ta’ inqas importanza organizzati fil-qlub tar-raħal, kemm avveniment temporanju tradizzjonali, kulturali, u temporanju jew kummerċjali permanenti jġib inkonvenjent minimu lir-residenti fl-inħawi u konġestjoni tat-traffiku iżda żgur li mhux periklu.
Il-Malta Motorsport Federation tawgura li s-sens komun jirbaħ u dawk kollha involuti jagħmlu s-sehem tagħhom b’responsabbiltà lejn xulxin, kemm il-membri tal federazzjoni l-Malta Grand Prix Foundation, il-kunsilli lokali, awtoritajiet oħra, il-komunità tal-motorsport, u fl-aħħar mill-aħħar in-nies lokali u barranin li għal darboħra jsegwu l-avveniment kemm personalment u fuq il-midja soċjali. Barra minn hekk, avveniment bħal dan huwa l-aħjar mod biex tiġi promossa Malta lejn komunità internazzjonali ta’ turisti ta’ livell għoli li qiegħda dejjem tikber.
Skont rapport miċ-Ċentru tal-Ekonomija u r-Riċerka tan-Negozju tar-Renju Unit, l-industrija madwarl-isport tal-karozzi klassiċi taqbeż it 18.3 biljun lira Sterlina u timpjega aktar minn 113,000 ruħ. Dan huwa konfermat ukoll fu studju separate li sar mill-Federation of British Historic Vehicle Clubs. Dawn it-turisti, l-Imdina, ir-Rabat, u l-Imtarfa, iridu jitbiegħdu minn Malta, il-lokalitajiet tagħhom u n-negozji fl-inħawi tagħhom.