Wednesday, December 25, 2024

Dokumenti “aktarx moħbija” fid-dar ta’ Donald Trump fi Florida

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks President Amerikan Donald Trump seta’ ħeba dokumenti waqt tfittxija tal-FBI fil-proprjetà tiegħu f’Ġunju li għadda. Saħqu dan uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ġustizzja. 

F’dokument ippreżentat fil-Qorti, id-Dipartiment qal li “x’aktarx saru sforzi biex jostakolaw l-investigazzjonijiet tal-Gvern.”

Huma allegaw li l-aġenti kienu “projbiti” milli jfittxu f’kamra partikolari fir-residenza Mar-a-Lago ta’ Trump. Dokumenti oħra x’aktarx kienu “moħbija jew imneħħija” mill-kamra, qalu l-uffiċjali.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Ġustizzja dwar il-‘Counterintelligence’ Jay Bratt qal li l-FBI setgħu jirkupraw numru ta’ dokumenti klassifikati li t-tim tas-Sur Trump ma kinux għaddewlhom minkejja talbiet preċedenti. 

“Li l-FBI, fi kwistjoni ta’ sigħat, irkupraw id-doppju ta’ dokumenti b’marki ta’ klassifikazzjoni mit-‘tfittxija diliġenti’ li l-Avukat tal-eks president u rappreżentanti oħra kellhom ġimgħat biex iwettqu… jitfa’ dubji fuq il-firxa tal-koperazzjoni f’din il-kwistjoni,” huwa qal. 

Ekonomija

Sport