Monday, May 13, 2024

Donadoni kowċ tat-tim nazzjonali Taljan tan-nisa?

Aqra wkoll

Il-gazzetti Taljani qed jitkellmu dwar il-ħatra tal-kowċ nazzjonali femminili wara li Milena Bertolini ma baqgħetx fit-tmun tat-tim Taljan.

L-istess ġurnali qed jgħidu li Roberto Donadoni jidher li hu l-favorit li jieħu r-riedni tat-tim f’idejh anke minħabba esperjenza li għandu mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Italja bejn l-2006 u l-2008.

Donadoni min-naħa tiegħu qed jistenna konferma mill-FIGC għalkemm hu lest li jibda avventura ġdida mat-tim nazzjonali tan-nisa Taljan.

Fil-karriera tiegħu ta’ kowċ, Donadoni mexxa wkoll lil Genoa, Livorno, Napoli, Cagliari, Bologna, Parma u Shenzen.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport