Saturday, November 23, 2024

Donald Trump jiddiskrivi l-każi l-ġodda ta’ COVID-19 fi New Zealand bħala “terribbli”

Aqra wkoll

L-Istati Uniti għandha 5.6 miljun każ attiv, New Zealand għandha 90 każ attiv

Wara aktar minn mitt ġurnata mingħajr każ wieħed ta’ COVID-19, f’Auckland fi New Zealand faqqa’ cluster ta’ każi, bit-total ta’ każi attivi jitilgħu għal 90. Quddiem dan il-President tal-Istati Uniti, iddeskriva dan il-cluster bħala “terribbli”. Wieħed ta’ min jinnota li minkejja li ġeografikament l-Istati Uniti hija ferm akbar minn New Zealand bħala pajjiż, in-numru ta’ każi ta’ COVID-19 huma bil-qabda għola minn dawk ta’ New Zealand. B’numru ta’ esperti jfaħħru l-mod ta’ kif l-Prim Ministru Jacinda Ardern mexxiet lill-pajjiż. 

Min-naħa l-oħra, numru ta’ esperti ta’ kuljum ikkritikaw l-mod ta’ kif il-President Amerikan mexxa lill-Istati Uniti f’nofs pandemija. 

Fid-dawl ta’ din il-kritika, Ardern wieġbet lil Trump billi qaltlu li l-każi attivi li għandha bħalissa New Zealand mgħandhomx x’jaqsmu mal-miljuni ta’ każi li għandha l-Istati Uniti. 

F’waħda mir-rallies li qiegħed jagħmel Trump għat-triġrija tas-siġġu fl-uffiċċju ovali, huwa qal li l-Istati Uniti ma tridx li jiprilha bħalma ġralha New Zealand meta fi kliemu ddeskriva d-disa’ każi li nstabu f’ġurnata bħala “mewġa kbira.”

Sport