Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr kellha tingħalaq għat-traffiku wara li għall-ħabta tal-4:30 p.m kien hemm vettura li ħadet in-nar waqt li kienet għaddejja mill-imsemmija triq.
Dan is-sit jinsab infurmat li fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li x-xufier ta’ double decker u xi passiġġieri rnexxielhom jinżlu minnha f’qasir żmien kif lemħu l-periklu.
Fuq il-post għad hemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għalkemm in-nirien ġew ikkontrollati.
Kawża tan-nirien id-double decker laħqet inqerdet kompletament u sabiex jassiguraw li jiġi evitat il-periklu xi uffiċjali qegħdin jidderiġu t-traffiku minn toroq alternattivi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.