Wednesday, July 24, 2024

Draw bejn Hibernians u Mosta li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Hibernians …….0

Mosta …………….0

Hibernians u Mosta temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd. 

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fl-10 minuta, b’Hibernians, ikunu huma li joħolqu l-periklu meta free-kick tal-Grieg Giannis Bastianos, intemm għoli.

Peró, din il-partita ddiżappuntat minħabba li kienet karatterizzat b’ħafna logħob f’nofs il-ground. 

Fis-57 minuta, free-kick ta’ Jurgen Degabriele, ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Mosti, David Akpan.

Il-partita ma tantx offriet emozzjonijiet iżda fis-86 minuta, il-Pawlisti resqu viċin iżda x-xutt ta’ Rodney Antwi minn barra l-kaxxa ġie salvat f’corner minn Akpan. Mill-corner li rriżulta, it-tentattiv ta’ Kurt Shaw spiċċa barra.

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 8-Robert Bairam, 10-Jurgen Degab­riele (77-Rodney Antwi 76), 11-Bjorn Kristensen, 21-Alex Bruno (13-Zachary Grech 50), 23-Claudio Bonanni, 29-Giannis Bastianos (9-Armen Hovhannisyan 76), 31-Eriks De Souza Santos (16-Samuel Okoh 82), 99-Luis Henrique Guedes – Coach: Branko Ni­sevic

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara Valois, 5-Sasha Cachia, 7-Aliyu Isah (3-Shedrack Thomas 46), 9-Philip Agbado (27-Eric Mensah 85), 11-Christian Nnaji, 16-Gianluca Sciberras, 19-Ben Aziz Dao, 20-Willie Britto, 74-Jake Vassallo, 92-Kevin Tulimieri (30-Jean Paul Farrugia 71) – Coach: Joseph Grech

Referee: Glen Tonna

Assistenti: Vasil Vasilev, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Andrea Sciriha

Ammoniti: R. Bairam, B. Kristensen, E. De Souza (H), G. Valois, S. Cachia, P. Agbado, C. Nnaj (M)

Player tal-Logħba: David Udoh Akpan (M)

Ekonomija

Sport