Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg
Hibernians …….1
Valletta ………..1
F’partita li ntlagħbet li quddiem waħda mill-akbar folol tal-istaġun, Hibernians u Valletta temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat kien wieħed ġust, li iżda, l-aktar li kkuntenta lill-Pawlisti.
Il-logħba kien fiha żewġ uċuh fejn Hibs kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima u l-Beltin wara l-mistrieħ.
Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Raphael dos Anjos venven xutt minn ġol-kaxxa li iżda stampa mal-wieqfa, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.
Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara, minn pożizzjoni ideali Jurgen Degabriele ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Alessandro Guarnone, li dawwar f’corner bi bravura biex evita goal ċert.
Valletta wieġbu fis-26 minuta permezz ta’ cross-shot ta’ Mario Fontanella li iżda sab lill-goalkeeper, Ibrahim Kone, isalva mingħajr wisq diffikultá. U mill-azzjoni li segwiet Wilfried Domoraud kellu xutt angolat fil-baxx jiġi devjat f’corner minn Guarnone.
Hibernians komplew jipproduċu logħob offensiv u fis-36 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ JAKE GRECH li ma l-ebda ċans lill-goalkeeper Belti jsalva.
Fit-48 minuta, l-istess player kellu xutt angolat li għadda ftit barra.
Fil-65 minuta, Jurgen Degabriele kellu xutt minn qagħda ideali li falla t-tragward għal ftit.
Valletta wieġbu fil-75 minuta meta Ivan Curjuric xeħet cross għan-nofs li iżda ma sab lil ħadd minn sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun, b’Ibrahim Kone jkun pront u jinterċetta kull periklu.
Dan sabiex minuta biss wara reġa’ kien Ivan Curjuric li ħoloq il-periklu meta ttanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza li iżda għadda ftit barra.
Il-Beltin komplu iżidu fil-logħob tagħhom u, fit-80 minuta, meritatament kisbu d-draw permezz ta’ xutt angolat fil-baxx tas-sostitut SHAUN DIMECH, li kien ilu biss erba’ minuti fil-ground.
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 4-Leandro Almeida, 6-Raphael Dos Anjos, 8-Jake Grech (7-Ayrton Attard 90), 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama (19-Francis Mensah 92), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles, 88-Wilfried Domoraud – Coach: Stefano Sanderra
VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg (14-Christian Gauci 59), 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana, 8-James Arthur, 9-Haris Dilaver, 20-Ivan Curjucic, 24-Rowen Muscat (10-Shaun Dimech 76), 66-Eslit Sala, 89-Mario Fontanella, 92-Kevin Tulimieri (97-Lucas Campos 68) – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: J. Grech 36 (H), S. Dimech 80 (V)
AMMONITI: T. Aldama, L. Almeida (H), I. Curjuric, R. Camilleri (V)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Jake Grech (Hibernians)