Minn Cristian Muscat
Hibernians ….0
Sliema W. ……0
Fil-konfront tant mistenni ta’ nofs il-ġimgħa, iżda li kollox ma kollox naqas milli jilħaq l-aspettattivi mixtieqa, Hibernians u Sliema Wanderers temmew il-konfront fi draw ta’ mingħajr goals, biex b’hekk kemm il-Wanderers kif ukoll il-Pawlisti tilfu l-ewwel żewġ punti tal-istaġun.
Iż-żewġ timijiet kellhom il-waqtiet pożiittivi tagħhom u b’hekk dan jista’ jitqies bħala draw ġust.
Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Samuel Gomes Da Mata sfrutta l- moviment tal-ballun iżda kellu l-konklużjoni fil-baxx tiġi salvata mill-goalkeeper ta’ Hibernians, Hugo Sacco.
Il-Pawlisti wieġbu erba’ minuti wara hekk kif resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda Alex Bruno Da Silva minn taħt il-lasti tefa’ inkredibbilment barra, bil-Wanderers jeħilsuha ħafif.
Wara din l-azzjoni, ir-ritmu bħal donnu naqqas u l-partita kienet karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground. Dan sat-33 minuta meta konklużjoni mid-distanza ta’ Alex Bruno Da Silva intemmet ftit barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-42 minuta kienu ferm sfortunati li ma fetħux l-iskor meta l-istess Alex Bruno Da Silva kellu t-tentattiv fil-baxx minn pożizzjoni angolata salvat parzjalment mill-goalkeeper, Kelvin Emeka Agu, qabel ħabat mal-mimduda, biex mir-rebound minn taħt il-lasti, il-Grieg Giannis Bastianos għamel l-impossibli u xeħet għoli.
Kien biss fl-64 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, bil-Pawlisti jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Dexter Xuereb kellu xutt kważi minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit għoli.
Sliema wieġbu fil-71 minuta meta Gustavo Alcino xeħet cross fid-direzzjonni ta’ Jonata li kellu d-daqqa ta’ ras salvata minn Sacco.
Hibernians reġgħu ħolqu l-periklu żewġ minuti biss wara meta Federico Falcone b’dahru lejn il-lasti avversarji kellu r-rovexxjata tiegħu salvata minn Kelvin Emeka Agu.
HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 2-Kleiton, 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Fraga Khevin, 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (4-Alfred Silas 83), 20-Federico Falcone (17-Isaiah Chukunyere 77), 21-Alex Bruno Da Silva, 29-Giannis Bastianos (10-Jurgen Degabriele 82), 44-Henrique Pedro Nunes Silva, 99-Gabriel Higor Alves – Coach: Branko Nisevic
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo (33-Geoffrey Edwin Acheampong 50), 7-Adam Magri Overend, 10-Samuel Gomes Da Mata (9-Vito Plut 68), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 31-Henrique Murillo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (8-Edmond Agius 83), 97-Jonata Bastos De Oliveira (77-Mohamed Awad 83) – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORERS: Ħadd
AMMONITI: G. Bastianos, P. Sanchez (H), S. Pisani, J. Borg, G. E. Acheampong (SW)
Draw ġust bejn Hibernians u Sliema Wanderers